Intervista mas-Sindku ta’ St. Venera, Gianluca Falzon

Minn Raquela C.B.B, Leah C, Julia M, Arielle F, Ruby S.

Minn dejjem kellek ix-xewqa li tidħol fil-kunsill lokali?

Iva, imma l-interess tiegħi kien meta ġejt maħtur bħala s-sindku taż-żgħażagħ u ambaxxatur, għax qabel kien hawn il-kunsill taż-żgħażagħ. Allura mbgħad kollox qisu telaq minn hemm.

Għandek xi dispjaċir li sirt sindku u ma għaziltx linja oħra?

Mija fil-mija, eżempju bħalissa ninsab mejjet biex nibda nistudja xi ħaġa. Jien kont qed nistudja għal pilota imma minħabba festa, karnival, u mitt elf ħaġa oħra, kelli nieqaf u kelli nagħżel li naħdem fi stazzjon tat-tv. Illum naħdem f’segretarjat ta’ diversi ministeri, diġa t-tielet ministeru. Imma iva, illum mejjet biex naqbad nistudja biex navvanza għax bħalissa kull m’għandi diploma imma kif qed taraw il-ġurnata tiegħi twila u ma jkollix ħin; saru l-5:30pm u ilni hawn mit-8:30am u din ġurnata li ħadtha mill-leave tiegħi biex niġi minn filgħodu l-kunsill. Jiena nibda mit-8am sal-10am nara n-nies u l-ħaddiema tal-kunsill, imbgħad immur ix-xogħol il-Belt u nagħmel sal-4:30pm, il-5pm imbgħad immur il-kunsill mill-5pm sat-8pm, wara d-dar u hemmhekk bilfors irrid nerġa niftaħ l-emails u nagħmel sa xis-1am għax fl-aħħar mill-aħħar li ma tagħmilx, ser terġa issibu l-għada.

Min jispirak fil-ħajja ta’ kuljum?

Jispirawni l-politiċi bħali għaliex kemm il-darba niġu kritikati u nibqgħu niġu kritikati. Il-politiċi li verament jaħdmu jiġu kkritikati ħafna imma ħadd ma jista’ jitkellem għax ħadd m’hu fiż-żarbun tagħna u ħadd ma jaf minn xiex ngħaddu kuljum, aħna u l-familjari tagħna. Jien nemmen illi fil-politika, jekk tkun għarus jew miżżewweġ – jekk ma jkollokx il-kunsens tal-partner tiegħek jew ta’ familtek ma tistax tidħol għalija għax mhux ħa tasal.

X’inhi dik il-ħaġa li ħadd ma jaf dwarek?

Naħseb anqas għandi, ara, jien inżomm ħafna għalija, eżempju jekk ikolli problema, ħadd ma jkun jaf biha. Illum il-ġurnata naqsam ħafna issues li jkolli mas-segretarja tiegħi Tiffany, li li kieku jien m’għandix lilha jien miniex hawn.

X’inhi l-aktar ħaġa li int kburi biha, li hija relatata ma’ St. Venera?

Il-ġnien, u nemmen li l-ġnien għad baqalu ħafna x’joffri. Hemm ħafna affarijiet li ħadd ma jaf bihom illi nemmen li matul dawn il-5 snin, kulħadd ħa jkun jaf x’qiegħed ngħid, fosthom il-ġibjun ta’ taħt l-art.

Immaġina li meta ġejt elett, ingħatajt magic wand. Biex ittejjeb xi ħaġa f’St. Venera, x’tagħmel biha?

It-toroq u l-bankini kollha u l-parkeġġ. Xi ħaga li kull min ikun sindku, ħadd ma jista’ jsolvi għaliex il-poplu Malti dara bil-kumdita’, l-ewwel wieħed jien. Aħna ngħixu f’pajjiż fejn ħafna djar qed jaqgħu u minflokhom jitilgħu appartamenti. Qabel jien niftakar li I-familja kien ikollha karozza waħda u toħrogha nhar ta’ Ħadd biss. Illum il-ġurnata għandek l-omm, il-missier, it-tfal, l-għarus jew l-għarusa kollha bil-karozzi u minn household waħda tispiċċa b’xi 5 karozzi. Pero ovjament dejjem tipprova ttejjeb dak li hemm u tara tistax toħloq sistemi ġodda. Eżempju llum kelli laqgħa mal-Lidl, biex nippruvaw nilħqu ftehim biex jibda jintuża l-parkeġġ tiegħu, filgħaxijiet. Ovjament, mhux billi tkun il-kunsill, il-privat irid jaċċetalek.

Il-kunsill kif jippromwovi avventimenti kulturali, festivals u wirt lokali?

Permezz tal-meżżi soċjali, pero mhux biss. Naħseb f‘Santa Venera hawn sigriet, hawnhekk ninfurmaw l-uffiċju tal-kappillan, u hu jinforma lil ħafna familji u tfal li rnexxielu jiġbor għall-quddiesa tal-Ħadd, kull ħmistax. Aħna nagħmlu affarijiet għall-eta’ tan-nies li għandek hemm barra. Nagħmlu anke għall- anzjani u hekk, imma dejjem norganizzaw skond ir-ritmu li għandek u l-feel factor tal-komunita’.

Li kieku kellek tistieden tlett ċelebritajiet biex iżuru St. Venera, min ikunu, għala tgħażel lilhom u għalfejn tistedinhom?

Anqas naf ta! Naħseb politiċi jkunu. Hawn ħafna ma jaqblux miegħu imma jogħġobni – Donald Trump, għaliex huwa politiku li mhuwiex tajjeb għal Malta għaliex jiġbidlek l-għajn u jkollok toqgħod kif fil-fatt qegħdin naraw bħalissa. David Cameron li kien Prim Ministru Ingliż, konservattiv pero kien tajjeb ħafna u Ritchie Zunak li kien Prim Ministru Ingliż li tilef l-elezzjoni f’Lulju li għadda li kien jogħgobni hafna għax kellu verament a PR attitude pero tilef l-elezzjoni għaliex il-partit tiegħu kien ilu sejjer lura u spiċċa qisu bħall-ħaruf tas-sagrifiċju, allura mar lura flimkien mal-partit tiegħu.

Il-kunsill, kif qiegħed jipjana l-ispazji rekreattivi?

Naqra diffiċli. Malta għadna lura biex intejbu spazju rekreattiv u ngħidilkom għalfejn. F’St. Venera għandek problema ta’ parkeġġ, mela inti ma tistax taqbad pjazza u tgħid din ħa nbiddilha u nagħmilha greenery. Inti għal kull proġett trid tara jekk hemmx lok ta’ fejn tqiegħed karozza. Ser inkunu qed inħabbru strateġija tajba fi Triq Manwel Attard, proġett tajjeb fejn ser issir triq normali bil-parkeġġi li diġa hemm, pero fin-nofs ħa noħolqu qisha build ou’ jgħidulha illi fiha ħa nżidu tlett parkeġġi oħra, u ħa nagħmlu greenery wkoll. Nemmen li f’St. Venera hekk irridu nimxu. Ma tistax tgħid, din il-pjazza ħa ngħamilha pedestrian. Ma tistax u m’hijiex vijabli għax St. Venera hi dik li hi, ċentru fil-pajjiż.

Liema passi qed jittieħdu biex jiġi assigurat li n-nies qed joħorġu żżibel kif suppost u qegħdin jirriċiklaw?

Mela, b’mod nazzjonali, 80% jobdu s-sistema tal-iskart. Pero ovjament imbgħad ikun hemm dawk l-20% li ma jobdux. Qed ngħamlu CCTV cameras, f’hot locations. Għandna pjan għal-knis, għax inutli nħarrku n-nies jekk il-kunsill lokali ma jieħux ħsieb it-tindif. Sat-8am, fuq il-mina qed ikun imnaddaf kuljum u l-bins kollha, sad-9:30am qed ikunu mbattla. Minn żewġ kenniesa illum ġejna 5 kenniesa u qed nistennew l-aħħar persuna biex tkun tista’ tmexxi l-magna sweeper. Apparti hekk għandha tim tal-iskart tat-tindif (mhux tad-djar), tim tal-bins u tim ieħor tal-bulky. Kif qed tindunaw il-commitment huwa kuljum, il-ħin kollu. Naħseb li l-whatsapp channel ukoll qed jgħin ħafna; qed nagħmlu l-kunċett tan-name and shame u hawn ħafna nies li din iddejjaqhom. Il-green wardens ukoll qed ikunu ta’ għajnuna kbira għax ikolllna każijiet li jissolvew f’temp ta’ nofsiegħa. Tajna wkoll ordni lill-kenniesa biex kull borża taż-żibel li tkun f’xi kantuniera, jiftħuha u jaraw isibux l-isem jew l-indirizz f’xi ittra jew envelop li jkunu rmew. Jekk mhux ħa tkun bold u jekk mhux se teħodhom bis-serjeta, mhux se naslu. Hemm ħafna miżuri li ttieħdu u naħseb li fejn jidħol it-tindif tejjibna ħafna, imma rridu nkomplu.

X’inhuma l-akbar diffikultajiet bħala sindku?

L-ilmenti tan-nies li ma jifhmux f’dan ix-xogħol, naħseb li hija waħda minnhom. F’Malta hawn stigma kbira li l-kunsilli lokali ma jagħmlu xejn. Ta’ kuljum, bit-thedid tan-nies. Illum il-ġurnata il-poplu m’għandu l-ebda edukazzjoni u rispett lejn il-politika u naħseb dik hija waħda mill-isfidi li nsibu ta’ kuljum, ma wiċċna.

Għandek xi esperjenza li tibqa’ tiftakarha?

L-istejjer tan-nies, b’mod speċjali l-mard għaliex meta tkun fil-politika irid ikollok qalb u trid tisma’ lin-nies. Ftakru li jkun hemm nies li jgħixu f’solitudni li jkunu jridu jisimgħu leħen. Jiena kont naħdem presentation officer fi stazzjon u gieli kienu jċemplulna nies f’kwalunkwe ħin għax ma jkollhomx ma min jitkellmu. Dawk huma l-esperjenzi li jgħallmuk għax meta jkollok xi problema tal-familja, tirrealizza li għandek, x’għandek, ħdejn ta’ ħaddiehor, m’għandek xejn. Pero mbgħad titlef il-qalb personali tiegħek għax tant kemm tara problemi ta’ kuljum, illi l-affarijiet personali ma tibdix tati kashom għax tirrealizza li ma jkunux problema.

X’kienet dik il-ħaġa li l-aktar tagħtik sodisfazzjon fl-irwol tiegħek bħala sindku?

Għadu kmieni minħabba li kull m’ilni ftit xhur, allura ma nistax ngħid li bdejt proġett u lestejtu, pero li nara tfal bħalkom fil-komunita’, għalija huwa sodisfazzjon. Naħseb l-aktar sodisfazzjon hu meta nara l-komunita’ maqgħuda bl-għaqdiet kollha magħqudin flimkien. Sodifazzjon zgħir huma l-avvenimenti li kelli li huma tlieta, il-halloween li ċiet waħda mill-akbar events f’Malta fejn għamilna l-ġnien kollu attrazzjonijiet, inkluż il-biċċa ta’ barra, il-Milied fejn għall-ewwel darba ftaħna Casa Leone (il-Ministeru) u Ġimgħa St. Venera, fejn dejjem kelli l-pjan li l-avvenimenti li ngħamlu fis-sajf, nagħmluhom fix-xitwa. Tkun ġimgħa sħiħa fejn kuljum immorru f’kull komunita’ u f’kull skola u finalment ikollna Jum St. Venera, l-14 ta’ Novembru li tkun il-festa tas-sajf fejn ikollok il-banda, l-armar, in-nar tal-art, in-nar tal-ajru u r-rikonoxximenti. Naħseb dak huwa sodisfazzjon żgħir.

Li kieku kellek toħloq festa pubblika ġdida għal St. Venera, liema tkun u kif għandhom igawduha n-nies?

L-14 ta’ Novembru, l-għan tiegħi huwa li meta tiġi ċċelebrata viċin jew fil-weekend ikun hemm it-tiġrijiet taż-żwiemel. Jekk xi darba tmorru l-każin tal-banda hemm ir-ritratti mal-ħitan. Nixtieq li naslu għal dak il-punt pero llum il-ġurnata hemm ħafna safety issues relatati maż-żwiemel. Pero nixtieq noħloq il-wirja tal-fjuri li kienet issir. Din is-sena f’Mejju ħa jsir camping ta’ 3 ijiem ġol-ġnien għall-iscouts u l-girl guides pero l-quddiem din se tinfetaħ għall-publiku, xi ħaġa innovattiva u dalwaqt ħa nisimgħu biha.

X’parir tixtieq tgħati lil dawk li jixtiequ jkunu parti mill-kunsill lokali tal-lokalita’ tagħhom iżda jaqtgħu qalbhom?

Il-ħeġġa fil-kunsilli sfortunatament qed narawha li qegħda tonqos u dan għax forsi l-awtoritajiet mhux qed iħalluna naħdmu. Pero jekk persuna tkun bold, tasal għal dak li tixtieq. Jien kont persuna mistħija imma fil-politka, litteralment l-oppost. Il-problema ta’ llum il-ġurnata hija li tara l-kunsilli qishom NGOs, volontiera u ma tagħmel xejn. Il-kunsilli l-istess ħaga – għandek xi ħaga li trid taqdef għalija. Jekk ma’ l-ewwel ħaga, ma tagħtix kasha, you’ve had it. Dik hija xi ħaga illi sfortunatamet qed inbatu minnha biex insibu kandidati ġodda għalhekk qed jinħolqu kunsilli tat-tfal etc., ħalli minn hemm nibdew nigwidawhom u ngħajtu lin-nies għas-sistema politika tal-kunsill.

Dak kollox! Grazzi!

Grazzi lilkom!

Leave a Reply

Discover more from Enlighten me Lord as today I want to be better than yesterday -Blessed Caterina Troiani

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading