Ftit tal-jiem ilu, il-grupp missjunarju tal-iskola, Crossing Borders, kellna l-opportunità li mmorru nqattgħu ftit tal-ħin mal-anzjani li jmorru jqattgħu l-għodwa fid-Day Care Centre tal-Ħamrun.
Kif wasalna sibniehom jieħdu l-kafè ta’ filgħodu filwaqt li jistennew bil-ħerqa l-attivitajiet li kienu ppreparati għalihom. Qabel bdejna, qattajna ftit mumenti nissoċjalizzaw ftit magħhom u nsiru nafuhom. Kienu kuntenti immens jirrakkontawlna fuq ħajjithom u xi passatempi li jħobbu jipprattikaw fil-ħin liberu tagħhom.
Imbagħad bdejna bil-logħob li kellna mħejji. Kull logħba kien fiha l-pjaċir tagħha, imma kull min kien hemm qabel li l-music machine qajmithom fuq tagħhom waħda tajba. Aħna wkoll ħadna gost narawhom kollha jiftakru fiż-żmien meta kienu tamparna.
Kienet tassew esperjenza li mhux ħadna gost biha, imma tgħallimna ħafna wkoll. Ċerta li kieku kellna l-opportunità li nerġgħu mmorru, ħadd ma jgħid le. Sirna iktar konxji ta’ kemm l-iskola ma sservix biss ta’ għodda akkademika, imma tesperjenza affarijiet ġodda li kapaċi jtuk lezzjonijiet varjati minn tas-soltu.
Maganne Xuereb, Year 10 St James




